Ir-Rwol tal-Oppozizzjoni

Dalghodu fuq Radio 101, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-mument l-irwol tal-Partiti politici m’ghandhomx ikunu huma li jnizzlu n-nies fit-toroq imma jaghtu spazju lin-nies infushom. 

Huwa ovju li din id-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia hija mnebbha mill-fatt li hu mhux qed jitqies kredibbli l’anqas minn shabu internament fil-Partit.

Din hija l-ewwel darba fl-istorja politika ta’ Partit Politku li mexxej gdid tieghu ma kellhu ebda ‘honeymoon’ u l-hatra tieghu ma kellha ebda ‘feeling’ pozittiv fost il-partitarju tieghu stess. 

Dalghodu, il-Gurnal ‘The Sunday Times’ ppublika storja li Adrian Delia ipprova, permezz tal-Gazzetta jitlob apologija lil familja ta’ Daphne Caruana Galizia sabiex jikseb ftit kredibilita. Din il-mossa ‘backfired’ fuq Delia ghax ir-risposta immedjata ta’ oht l-istess Daphne Caruana Galizia kienet direitta “Fuck Off”.

L-Oppozizzjoni Nazzjonalista, minhabba dan l-isqaq li dahhal lilu nnifsu fih Adrian Delia ma tistax tmexxi hi din il-battalja ghax il-‘fibra morali’ ta’ Delia hija inezistenti. 

F’dan li qed jigri, kienet l-Oppozizzjoni li kellha tmexxi din il-glieda ghal liberta u l-gustizzja. Hija l-Oppozizzjoni bir-rwol taghha Kostituzzjonali li kellha tuza s-sahha taghha fil-Parlament u oltrè biex tara li ssehh gustizzja. Hija hassra li b’Adrian Delia fit-tmun dan mhux possibli. 

Leave a comment