Bhalissa l-pajjiz ghaddej mill-aghar mumenti fl-istorja ricenti tieghu. Wara l-qtil brutali tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia, fuq pajjizna xeghlet bozza hamra li gibdet l-attenzjoni mhux biss taghna l-Maltin imma tad-dinja kollha.
Dan ma jistax jitqies normali u nqisu dak li gara bhala incident li jghaddi. Dan kien attakk fuq il-libertá, mhux biss tal-espressjoni, imma li l-libertá li tghix bla biza, l-libertá li tkun protetta minn min hu responsabbli li jipprotegiha.
U hemm jibdew sensiela ta’ wegghat. Wegghat li ahna lkoll irridu nerfghu il-piz taghhom, wisq aktar jridu jerfghu l’piz taghhom il-klassi politika ta’ pajjizna.
Bhala Maltin ma nistghux inkunu mohhna mistrieh jekk f’pajjizna ghandna:
- Prim Ministru li jmexxi dan il-pajjiz f’ dan il-mument delikat li fuqu hemm allegazzjonijiet li dwarhom infethet inkjesta Magisterjali li bdiet b’rivelazzjonijiet tal-vittma ta’ dan id-delitt.
- Kap tal-Oppozizzjoni, li kemm ilu li dahal fix-xena politika, Daphne Caruana Galizia zvelat kazijiet marbuta Mieghu dwar hasil ta’ flus u prostituzzjoni. Kap tal-Oppozizzjoni li biex jaghlqilha halqha fethilha diversi libelli u pubblikament ghajjarha u pprova jiskreditha u implika li l-PN tilef l-elezzjoni minhabba li kienet Daphne li ddettatlu l-agenda.
- Chief of Staff tal-Prim Ministru li hu maghruf li hu l-aktar persuna influwenti fuq il-Prim Ministru li hemm ghaddejjin fuqu diversi inkjesti kriminali li saru fuq rivelazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia.
- Kummissarju tal-Pulizija li kemm ilu hemm naqas li jinvestiga allegazzjoni wahda li wahda dwar hasil ta flusu korruzzjoni mill-politici Maltin b’rabta ma dawk barranin, li hargu mir-rivelazzjonijiet li ghamlet Daphne Caruana Galizia bbazati fuq dokumenti li hargu mill-Panama Papers u l-FIAU.
- Avukat Generali li naqas milli jiehu azzjoni anke meta kellu rapporti tal-FIAU li jaghtuh il-parir li jiehu passi kontra c-Chief of Staff tal-Prim Ministru u Ministru ewlieni tal-Gvern. Dan kollu ukoll hareg minn rivelzaajonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia.
- Ministri tal-Gvern, u Deputati u esponenti taz-zewg Partiti l-kbar li tkellmu dwar Daphne b’disprezz u ddubitaw mix-xoghol gurnalistiku taghha.
Le, ma nistghux inserrhu rasna li pajjizna se jiehu din il-kwistjoni bis-serjeta misthoqqa, ghax HADD minn dawk li ghandhom ir-responsabilitá Kostituzzjonali li taghmel dan, m’ghandu l-fibra morali b’sahhitha bizzejjed li taghmel dan. Ghal dawn ic-cirkostanzi straordinarji jehtieg, mizuri straordinarji.
