Musical Chairs

L-agħar ħaġa li jista’ jiġrilu il-PN f’dan il-mument ta’ għażliet interni hu li jkun hemm biss tibdil fil-karigi minn nies li fl-aħħar elezzjoni ġenerali kienu diġa uffiċjali tal-Partit, jew saħansitra kienu jokkupaw kariga uffiċjali sa minn ħafna qabel. 

Karigi strateġiċi bħal dawk ta’ Viċi Kapijiet, Segretarju Ġenerali u l-Assistent tiegħu m’għandhomx jitqiesu bħala ‘career progression’ u jkun żball jekk xi ħadd jippretendi li issa jmiss lilu biex jintagħżel għax hu jmissu.

Mill-banda l-oħra, il-PN joqgħod attent minn dawk li jaħsbu li kariga fil-Partit hija ċens perpetwu. 

Biex il-PN jara’ verament tibdil u s-seħħ il-qabża li tant hemm bżonn, hemm bżonn ta’ ideat ġodda, nies b’enerġija ġdida, li lesti jaħdmu ma’ kulħadd u l-interess tagħhom ikun il-PN u mhux huma personalment.

F’dan il-mument tant delikat għal PN, hemm bżonn li l-ġħażliet isiru b’għaqal u bi ħsieb. 

Leave a comment