
L-aktar mistoqsija komuni fost dawk li ghandhom ghal qalbhom il-Partit Nazzjonalita hija ‘x’gara?’. It-twegiba ghal din il-mistoqsija mhiex facli u ftit huma n-nies li jistghu jaghtu twegiba cara.
Li hu zgur hu, li l-poplu ghal ragunijiet varji m’ghazilx lill-Partit Nazzjonalista, u mhux b’margini zghira. Fit-twegiba ghal din il-mistoqsija hemm ic-cavetta ghat-triq ‘l quddiem.
Ghalhekk, l-ewwel prijorità ghal Partit Nazzjonalista m’ghandhiex tkun l-ghazla ta min se jmexxih u min se jokkupa l-pozizzjonijiet interni, imma t-twegiba ghal-mistoqsija ‘x’gara?’.
Dan jista’ jsir biss minn analizi serja u indipendenti li min jaghmilha ma jridx ikun parti mill-Partit Nazzjonalista halli jkun jista’ jaghmel dan b’mod oggettiv.
L-ghazliet li hemm bzonn isiru, imbaghad isiru skont ir-risposta ta’ x’gara.
